Għad tiġi ġurnata
fejn ix-xemx
tiddeċiedi
‘Jien, illum, ma nitlax,
ma nidhirx,
ma nsaħħanx.’

U x’tagħmel int –
Int, li bħal kull ħaga oħra –
Tqum, u tinżel, u tishon max-xemx?

X’ser tagħmel
meta kull ħaga li tħobb,
li tagħtik is-saħħa
li tgħinek tgħix
li mingħajrha minti xej,
tiddeċiedi li lilek
ma tridekx
mhijiex ser tidher aktar għalik?

Jien, li rajt id-dinja tiegħi
tikkollassa fiha nnifisha,
li rajt id-dinja tidlam
u tispiċċa,
li rajt ix-xemx
għall-aħħar darba
sena ilu…

Jien ngħidlek
li tibqa’ għaddej.

Tqum,
u tqum
u tqum
U tibqa’ għaddej.

U jien,
li rajt id-dinja tiegħi
tispicca fix-xejn
għadni hawn.

Advertisements